San Gorg Preca |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(a) Huwa ngann:
li wiehed jittama fil-bnedmin, jew fil-flus, jew f’hiltu, jew fir-rigali;
li wiehed jippretendi jghix fid-dinja minghajr slaleb, ghawg jew kuntrarju;
li wiehed jaghmel biex isib il-paci u l-ferh billi jfittex il-flus, il-gost tas-sensi u l-unuri;
li wiehed jassigura hajtu anki ghal minuta zmien;
li wiehed jahseb li m’ghandu bzonn hadd.
(b) Huwa ngann:
li wiehed jghodd ruhu mahbub minn kulhadd;
li wiehed jghodd il-flieles qabel ma jkunu faqqsu;
li wiehed jipproponi ghalih innifsu futur sabih – Alla hu li jiddisponi kollox;
li wiehed jiggudika bis-shih li ma jistax jitbiddel minn stat ghall-iehor – Xejn mhu ghal dejjem fid-dinja;
li wiehed jahseb li jippersevera b’hiltu fi stat tajjeb.
(c) Huwa ngann:
li wiehed jahseb li hu bizzejjed li jaghmel l-attenzjoni kollha u jindokra ruhu b’kull hila ghall-helsien mill-hziena u mid-disgrazzji; Alla jehtieg li jindukrah;
li wiehed joghgob lil Alla u lill-bnedmin fl-istess hin;
li wiehed jahseb li d-deni jigri addocc;
li wiehed jiggudika skond il-wicc;
li wiehed ghandu l-virtù meta ma ghandux il-prova.
(d) Huwa ngann:
li wiehed jaghmel gudizzju rett taht l-imhabba jew taht il-korla;
li wiehed jahseb li hemm l-azzjoni ta’ Alla meta m’hemmx ubbidjenza;
li wiehed jahseb li hu mibeghda ta’ Alla l-kastig fuq il-bniedem;
li wiehed jghozz virtù meta jkun jikser ohra;
li wiehed jahseb li x-xjuh imutu zgur qabel iz-zghazagh.
(e) Huwa ngann:
li wiehed irekken tezori u ma jafx ghal min;
li wiehed jahseb li se jikkuntenta lilu nnifsu b’darba biss;
li wiehed jispacenzja ruhu ghall-ahjar tieghu;
li wiehed jahseb li joghgob ’l Alla bil-gid li jaghmel permezz tad-deni;
li wiehed imur fil-periklu bil-fehma li ma jaqax.
(f) Huwa ngann:
li wiehed jahseb li huwa umli u intant jiehu ghalih innifsu;
li wiehed jaccetta dak li fih jinheba l-ingann;
li wiehed jippretendi li jsib hniena meta ma jaghmilx il-hniena;
li wiehed jidneb u wara jghid li xejn ma gralu;
li wiehed jafda ma’ min jghid id-difetti ta’ haddiehor.
(g) Huwa ngann:
li wiehed irid isalva u ma jaghmilx biex isalva;
li wiehed jilmah il-hena fil-gholi u mhux fil-baxx;
li wiehed izomm b’deni dak li jigi fuqu;
li wiehed jghid li ma jistax meta tassew ikun irid;
li wiehed ipaxxi s-seftur biex jobdih meta jikkmandah.
|
|
|
|
|
|
|
|
Today, there have been 3 visitors (8 hits) on this page! |
|
|
|
|
|
|
|