1.Il- MADONNA ISSALVAH.
Dun Gorg kien qed jaghmel konferenza gewwa il-Gharghur meta f’daqqa wahda wera li nhasad. Il-gemgha stghagbet. Ghaqqad idejh ma’ xulxin u qalilhom: “ Tinkwetawx, ghax ma gralu xejn. Il-Madonna helsitu.”
Dak il-hin xi hadd dahal isejjah lil wiehed socju: “Zi, fittex inzel u ejja malajr.”
Izda Dun Gorg qal lil dak is-socju N.N.li ma ghandux ghalfejn jinkwieta ghax ma kien gara xejn. Is-socju N.N. xorta wahda telaq u sab li r-ragel t’ohtu kien rabat ma’ ghonqu r-riedni taz-ziemel u tghallaq. Izda xi hadd lahqu fil-pront u salvah minn mewt certa.
Wara xi jiem Dun Gorg rega’ iltaqa’ ma’ dak is-socju u staqsieh x’devozzjoni kellu ir-ragel t’ohtu lejn il-Madonna. NN wiegbu li kull meta kien jidhol id-dar, hatnu sija jekk kien ikun ghajjien jew fis-sakra kien dejjem jitlob lil martu biex tghidlu r-Ruzarju ghaliex hu ma kienx jaf jghidu.
|
2.JOGHBOD IL-PUBBLICITA'
Isemmi kif darba minnhom fotografu xtaq jigbidlu ritratt waqt li kien qieghed jippriedka. Dun Gorg dar lejn il-fotografu u qallu: “Jekk tigbidli ritratt tmut”.
Il-fotografu inhasad u dabbar rasu. Dun Gorg tbissem, dar fuq ta’ hdejh u qallu: “Issa jigbidli r-ritratt jew ma jigbdux, xorta jrid imut .. xi darba … l-aqwa li telaq ’l hemm u ma gibed xejn!”
|
3.SALVAT MILL-GHARQA
Fis-16 ta’ Lulju, festa tal-Madonna tal-Karmnu, fil-ghodu, is-seftura tal-familja Preca hadet lil Gorg, tfajjel ta’ hames snin u lil hutu sax-xatt tal-Belt. Il-bahar kien kalm ghal ahhar u Gorg lemah qasba tghum fil-wicc. Ta’ tfajjel li kien ried igibha u ittanta jixxabat, fil-konsegwenza li waq’ il-bahar. Jghum ma kienx jaf u beda jeghreq. Filomena qabadha genn u bdiet twerzaq u tghajjat ghal ghajjut. Mikiel il-barklor li kien fil-qrib x’hin sema’ l-ghajjat ghal-ghajnuna qabez minnufih biex isalva it-tifel.
It-tifel kiber, sar sacerdot u jum wiehed kien imsejjah biex jassisti lil wiehed xih rikoverat fid-djar tax-xjuh il-Hamrun. Baqa’ mieghu sa l-ahhar. Wara sar jaf li dak ix-xih kien Mikiel il-Barklor li salvalu hajtu meta kien tfajjel. Issa kien Dun Gorg li ghenu jsalva ruhu.
Meta kien jirrakonta din l-grajja lis-soci, huma kienu jghidulu li kien it-tieni Mose’ salvat mill-gharqa. U hu kien iwegibhom lura: “ Jiena veru Mose’ ghax hija jismu Aronne.”
|
4. IL-PARIRI TA' DUN GORG
In-nies kienu jfittxu hafna lil Dun Gorg ghall-pariri. U minn naha tieghu hu kien jgharbel l-intenzjoni taghhom biex jaghti parir tajjeb u ma jhallix l-ingann jikkontrollalhom hajjithom.
Jum wiehed daqxejn ta’ guvnott jippresenta ruhu quddiem Dun Gorg u talbu parir fuqit-triq tal-vokazzjoni li kien qed ihoss li kellu fiha jimxi. “Xtaqt li nsir sacerdot? Xi tghidli dwar din il-haga? X’parir ittini?”
Dun Gorg ried jgharbel sewwa l-intenzjoni tieghu u wara li semghu, qallu: “Qed nghid f’qalbi li kieku inti flok dik ta’ sacerdot kellek taqbad it-triq ta’ patri f’kunvent, mhux ahjar?”
Iz-zaghzugh dlonk wiegbu: “ Ma tarax Dun Gorg ! Ara kieku kemm irrid insefter u naqdi lil dak u lil iehor! Mela jiena xi qaddej !”
Dun Gorg wiegbu : “ Allura ikolli nghid li l-intenzjoni tieghek li ssir sacerdot hi biex jaqduk u biex tigbed ghalik l-unuri”
U b’dawn il-ftit kelmiet urieh il-vera intenzjoni tieghu u l-ingann li fih kien ser jaqa’.
Ghal Dun Gorg il-pariri kienu haga serja ghax minnhom jiddependi jekk wiehed jghix hajja kuntent jew hajja ta’ infern, jekk wiehed isalvax ruhu jew jitlifha.
|
5. FEJQU BIS-SINJAL TAS-SALIB
Ragel mill-Marsa li kien jahdem f'hanut tat ha rih f'ghajnejh kawza tas-shanat u l-fwawar tal-ktieli. Bdiet iddemmghalu u ma steghet tghaddilu b'xejn. Dam ibati biha sitt xhur sahansitra mar ghand professur tal-ghajnejn li wara hafna tah l-ahbar li kien hemm bzonn li jnehhielhu. Kienet ahbar hazina ghalih u meta qal lil martu, din heggitu biex imur ghand Dun Gorg. Dak hares lejh u qallu ; "U ghidlu jhallina l-Professur."
U fuq ghajnejh ghamillu s-sinjal tas-salib filwaqt li tenna l-kliem. Mill-ghada r-ragel induna li kien gej ghal ahjar u fi zmien gimgha hassu li kien fieq u seta jara normali. U baqa' jara sa ma xjieh. Dan gara ghall-habta tas-sena 1952.
|
|