San Gorg Preca
  il-ktieb il-kbir.......
 

 

 

http://www.geocities.com/gimghakbira/ktiebilkbir.html

 

Dahla ghall-Ktieb il-Kbir Id-Divinita' tieghu vera L-Umanita' tieghu vera
Ir-Ritratt ta' Veru Rghaj Spiritwali    

 

Dahla ghall-Ktieb il-Kbir

Serpent tal-bronz imwaqqaf bl-ordni t'Alla kien jehles lil dawk li kienu biss iharsu lejh mill-gidma ghall-mewt tas-sriep tan-nar. Dan kien figura ta' Kristu kurcifiss b'interpretazzjoni awtentika. Issa jekk tant qawwa mill-figura, x'hemm immela mir-realta?

Inharsu ahna wkoll, migdumin minhabba d-dnub, lejn is-serpent tal-hajja mqieghed ghalina fuq il-kalvarju biex permezz tieghu nehilsu ruhna mill-mewt ta' dejjem, kif diga kienu mehlusin hutna l-qaddisin li harsu lejh, studjawh u mxew kuragguzi fuq it-taghlim li hadu minnu.

Alla l-Missier ighid: "Dan hu l-iben mahbub tieghi li jien bih tghaxxaqt. Lilu isimghu."

Alla l-Kelma eterna inkarnata jghid: "Wiehed hu l-Imghallem taghkom, Kristu."

Alla l-Ispirtu s-Santu li tkellem b'fomm il-profeti u permezz ta' figuri qal: "Mose ghamel is-serpent tal-bronz u qieghdu b'sinjal li meta lejh kienu jharsu dawk li kienu migduma kienu jfiqu."

Il-Prekursur indikah: "Ekku l-Haruf t'Alla, ekku li jnehhi d-dnubiet tad-dinja."

Il-Kullegg Apostoliku: "Ahna nippriedkaw lil Kristu Msallab, ghal-Lhud skandlu u ghall-pagani bluha."

Is-Santi Padri fosthom Santu Wistin: "Sabiex inkunu mfejqin mid-dnub, inharsu lejn Kristu Msallab."

Il-Knisja fir-riti sagri taghha ppreskriviet il-kurcifiss f'nofs kull altar, tifhem b'hekk li tghid lill-fidili: "Dan hu l-mudell u l-Imghallem taghkom."

Ikun immela ghalina wisq ghaziz dan il-Ktieb tassew kbir ghar-raguni ta' l-awtur u tat-taghlim f'pagni ta' hajja eterna.

 

Id-Divinita'  Tieghu Vera.

L-iktar gheziez –
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,
u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab
r. Ejjew Naduraw


L-iktar gheziez –
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

ID-DIVINITA’ TIEGHU VERA

Infatti Gesu Kristu, kieku ma kienx Alla veru, ma setax jasal biex jissodisfa lill-Gustizzja infinita offiza bid-dnub; lanqas ma seta’ jwieghed il-Genna lill-halliel. F’mewtu anki
n-natura gharfitu bit-tibdil b’Awtur taghha li gaghlet lic-Centurjun jistqarr: “Tassew dan kien l-Iben t’Alla”.

Taghlim fuq din il-Pagna.
 
1. Gesu Kristu huwa Alla veru mit-taghlim divin li kkomunika lill-bnedmin.
2. Gesu Kristu huwa Alla ghax wettaq bil-mirakli u bil-profeziji l-konfessjoni tad-divinita tieghu proprja u l-missjoni tieghu.
3. Gesu Kristu huwa Alla veru ghax il-fidi fih xterdet mad-dinja b’mezz inkapaci u fi zminijiet indisposti fost tant impedimenti li biss qawwa divina setghet tissupera.
4. Gesu Kristu huwa Alla veru ghax mill-Knisja tieghu hargu, bhal frott mis-sigra, qaddisin servi tieghu li b’xhud ta’ l-istorja opraw ghegubijiet.

Proponiment

Nipproponu illi nghozzu b’diligenza wisq kbira t-taghlim moghti lilna bil-kelma u bl-ezempju permezz ta’ dan l-Imghallem li hu Alla veru minn Alla veru.

 

L-Umanita' Tieghu Vera

L-iktar gheziez –
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab
r. Ejjew Naduraw

L-iktar gheziez –
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

L-UMANITA' TIEGHU VERA

Infatti Gesu Kristu fuq is-Salib tkellem u miet: min ghandu gisem veru u jitkellem dan hu bniedem veru. Tkellem diversi drabi f’waqt, f’loku u ragonevolment; sofra l-ghatx u wara ghajta miet. Il-fetha tal-kustat tieghu mejjet tixhed gisem reali: “tlieta huma li jaghtu xhud fuq din l-art: l-Ispirtu, l-ilma u d-demm.” (1 Gw v,8)

Taghlim fuq din il-Pagna

1. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax ragun ma kienx ikollu li jissejjah Bin il-Bniedem kieku ma kellux origini minn bniedem.
2. Kieku Gesu Kristu ma kellux gisem veru u reali bhal taghna, it-tbatija u l-mewt tieghu kienu jkunu kelma inutli, vojta u minghajr ebda effett.
3. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax wara li qam mill-mewt qal: “Araw idejja u riglejja li jiena jien; missu u araw, ghax l-ispirtu m’ghandux laham u ghadam bhalma intom taraw li jien ghandi.” (Lq 24:39)
4. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax San Gwann iddefenda din id-domma u l-Knisja tghallem li hu perfett Alla, perfett bniedem li jezisti minn ruh li tirraguna u minn gisem ta’ bniedem.

Proponiment

Nipproponu illi nifirhu dejjem fuq ix-xorti taghna li f’sens veru u reali nghidu li Alla huwa wiehed mill-ahwa taghna.

Ir-Ritratt ta' Veru Rghaj Spiritwali.

L-iktar gheziez –
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,
u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab
r. Ejjew Naduraw

L-iktar gheziez –
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IR-RITRATT TA’ VERU RAGHAJ SPIRITWALI

Infatti Gesu Kristu ma abbandunax in-naghgiet tieghu, izda rrezista sat-tixrid ta’ Demmu kontra l-ilpup veri eghdewwa ta’ l-isem t’Alla u ta’ l-erwieh; biex ma jhallix il-veru deni jahtaf, igerrex, iharbat u jibla’ l-merhla, iggudika li jqieghed hajtu ghall-mewt, kollu umilta u manswetudni. Re jmut ghall-qaddej u ghall-qaddej li kien ghadu tieghu.

Taghlim fuq din il-Pagna

1. Kwalitajiet ghall-ufficju ta’ raghaj (superjur) mill-Appostlu San Pawl huma: “Li ma jistax ikun imcanfar, li jkun meqjus, prudenti, laqqieghi u gharef.” Meta Alla jaghzel lil xi hadd ghal xi fini jaghtih ukoll il-mezzi.
2. Kull raghaj bhal belt fuq muntanja; ghalhekk imseksek jekk hux bil-ghatx ta’ l-unuri, tal-pjaciri, tar-rikkezzi.
3. Il-prudenza hija l-unika virga ta’ idejn ir-raghaj; ghalhekk jikkonsulta ruhu ma’ nies bla passjonijiet u jitlob id-dawl lil Alla.
4. Ir-raghaj, bhal missier, jilqa’ ‘l uliedu kollha u jhabrek ghall-veru felicita taghhom, specjalment billi jghallimhom b’qalb perswaza.

Proponiment

Nipproponu illi jekk superjur taghna jkun ta’ ezempju hazin, fuq id-direzzjoni ta’ Kristu, naghmlu li jikkmandalna u niftakru li wiehed huwa l-Mexxej u l-Imghallem taghna, Kristu.      
        

                                                                                         

 

Il-Manswetudni

 

L-iktar gheziez –

Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.

v. Kristu Sultan Imsallab
r. Ejjew Naduraw

L-iktar gheziez –
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IL-MANSWETUDNI

Infatti Gesu Kristu, vittma ta’ ghejra u ta’ mibeghda, ikkundannat bla htija ghall-mewt, minxur fuq salib bl-imsiemer f’idejh u f’saqajh, insolentat bid-disprezz tal-mirakli u tal-virtu tieghu, fetah fommu u bis-sincerita kollha talab ghall-ghedewwa tieghu: “Missier ahfrilhom.”

Taghlim fuq din il-Pagna

1. Ma jissejjahx manswet min jivvendika ruhu, jew min jishon minghajr kawza gusta, jew jishon izzejjed f’kawza gusta.
2. Il-manswet ghandu l-mahfra ta’ dnubietu, ghandu l-paci f’qalbu, jissejjah iben t’Alla, hu mismugh fit-talb, u huwa oggett tal-ghaxqa ta’ dak li jista kollox.
3. Biex wiehed ikun manswet, jahseb fuq l-infern, jahseb fuq it-taghlim u fuq l-ezempji ta’ Kristu, jaghmilha ma’ nies mansweti u jitlob ‘l Alla li zgur jaghti l-ispirtu tajjeb lil min jitlobhulu.
4. Il-veru manswet mhux meta mqanqal minn hwejjeg ta’ din l-art, izda meta mqanqal minn haga tal-fidi.

Proponiment

Nipproponu, imreghdin fuq il-gudizzju t’Alla, illi nghannqu lil kull min hu hati ghalina fil-hsieb li xejn ma ghandu x’jaqsam l-aqwa deni ma’ eternita kollha deni.
 

 
 
  Today, there have been 11 visitors (20 hits) on this page!  
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free