San Gorg Preca
  meditazzjoni qosra ta' dun gorg
 

meditazzjonijiet qosra evangelici miktuba minn san gorg preca

 (siltiet)

 
Invitatorju
 
Nakkumpanjaw lis-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fil-kors tal-hajja tieghu.
 
Nitolbuh li jaghtina d-dawl ta’ l-gherf tieghu, u li jheggeg il-qalb taghna bin-nar ta’ l-imhabba tieghu.
 
U nadurawh, u mberkuh, u nirringrazzjawh, ghaliex huwa Alla taghna u ahna skulari tieghu.
 
+ Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu Santu. Amen.
 
Mulejja, nemmen fik, u nitma fik, u nhobbok fuq kollox u nindem b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ hajti kollha.
(Lill-Missier)                             Mulej hniena
(Lil-Iben)                                  Kristu hniena
(Lil-Ispirtu Santu)                     Mulej hniena.
 
V. Nimxu ‘l quddiem fil-paci.
R. Fl-isem ta’ Kristu. Amen.
 
Mulej hniena, Mulej hniena, Mulej hniena
Kristu hniena, Kristu hniena, Kristu hniena,
Mulej hniena, Mulej hniena, Mulej hniena
 
Tinghad il-Waqfa (Episodju u Talba)
 
Gesu’ Bin Alla.                      Henn ghalina
Gesu’ Bin David                    Salvana
Gesu’ Bin Omm Vergni         Isma’ t-talb taghna
Marija Omm Alla                   Itlob ghalina.
 
Kull unur u kull glorja permezz ta’ Gesu’ Kristu, u ma’ Gesu’ Kristu, u f’Gesu’ Kristu huwa lilek O Alla Missier Ommnipotenti, flimkien ma’ l-Ispirtu Santu ghall-dejjem ta’ dejjem.
R. Amen
 
Jinghad il-Proponiment
 
Nifirhulek O Marija ghax inti sibt grazzja quddiem Alla, li Vergni nissilt fik Alla u bniedem u tajthulna b’Salvatur u b’Imghallem taghna.
 
Benedicamus Domino
 
Deo gratias.
 

  
Waqfa numru- 1
 
 V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna l-Iben t’Alla jitnissel bniedem b’opra ta’ l-Ispirtu Santu fil-guf verginali ta’ Marija, malli hija qalet il-Fiat taghha lill-Anglu Gabriel. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nifhmu l-kbira mhabba ta’ Alla lejna bnedmin. Amen.
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nahdmu s-salvazzjoni ta’ ruhna b’devozzjoni vera lejn Marija Santissima.
 
R DEO GRATIS.
 

  
 
Waqfa numru- 3
 
 V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna l-Iben t’Alla maghmul jintgharaf minn Guzeppi permezz ta’ l-Anglu li huwa nkarna fil-guf ta’ Martu Marija bl-opra t’ l-Ispirtu Santu. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li ma natu ebda pass that il-qawwa ta’ l-ingann. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nittamaw f’Alla, anki f’dak li jidhrilna mpossibli ghax kollox hu possibli ghalieh..
 R. DEO GRATIS.
 
 
Waqfa numru- 4
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem lis-Sinjur taghna Gesu’ kristu tarbija mfisqija, imqieghda f’matura bejn Guzeppi u Marija fl-ghar ta’ Betlem fost il-faqar. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nifhmu l-gid tal-faqar la darba ghaziltu ghalik innifsek. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nilqghu s-sofferenzi ta’ kull jum bi spirtu ta’ penitenza ghal dnubietna.
 R. DEO GRATIS
 

 
Waqfa numru- 5
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mhabbar b’Salvatur tad-dinja mill-anglu lir-rghajja li gew f’Betlem biex izuruh tarbija fil-fsieqi mqieghed f’maxtura.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nissiehbu mieghek fl-ispirtu tieghek biex nidhlu fis-salvazzjoni li inti ftaht lilna bnedmin bil-merti tieghek. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nissagrifikaw gisimna ghall-hajja ta’ ruhna f’paci eterna.
 R. DEO GRATIS.
 

  Waqfa – L-Ittra “A”
 
 Episodju – Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fuq il-Katedra ta’ l-gherf tieghu jghallem li minghajru hadd xejn ma jista’ jaghmel.
 
 Talba- Gesu’ Nazzarenu, Imghallem wiehed tal-bnedmin, aghtina l-grazzja li nfittxu f’kollox l-ghajnuna tieghek.
 
Proponiment – L-ahwa tieghi nipproponu li rridu tassew insalvaw ruhna.
 
R. Deo Gratias

 

 
Waqfa numru- 6
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
 Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tarbija ta’ tmint ijiem ixerred l-ewwel taqtir ta’ demmu fic-cirkuncizzjoni u jizzejjen bl-isem helu ta’ Gesu’.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nsejhu fuqna dan l-isem adorabbli tieghek f’fortizza potenti kontra l-ghedewwa kollha taghna. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li narmaw ruhna kontra d-demonji bil-biza’ ta’ l-inganni taghom u bil-fidi t’Alla.
 R. DEO GRATIS

 
  Waqfa numru- 7
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fuq dirghajn ix-xwejjah Ximewni li gharfu bl-imwieled Messija, habbar lil Marija Santissima li sejf ta’ dulur kellu jniffed lir-ruha taghha.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nixtiequ tassew it-tbatijiet x’hin narawhom fuqek u fuq l-omm tieghek hawn fid-dinja. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma nghidux kelma minghajr ma nsahhuha bl-ezempju.
R.     DEO GRATIS.
 
  Waqfa numru- 8
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tarbija ta' xi sentejn fi hdan ommu Marija, adurat mill-magi u meqjum bir-rigali taghhom. (Pawsa)
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nixtiequ li nzommu dejjem lilek wahdek b'Esseri Suprem taghna, billi nitghakksu minn kull ma joghgob lid-dinja. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nghoddu ruhna xxurjati meta jkollna okazzjoni li nahfru.
R.     DEO GRATIS.

  
 Waqfa numru- 9
 
 
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tarbija taht il-kura ta’ Guzeppi u ta’ Marija, jahrab ghall-Egittu bil-lejl ghax Erodi riedu maqtul.(Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li ma naqghux vittma ta’ l-ghedewwa taghna tant tar-ruh, kemm tal-gisem. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li naghmlu kull mezz biex ma nidimbux.
R. DEO GRATIAS
 

 

 
Waqfa numru- 10
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tfajjel, jirritorna wara l-mewt ta’ Erodi mill-Egittu, fuq firghajn Guzeppi u ma’ Marija ommu, li kienu marru jghammru f’Nazaret ghall-biza’ ta’ ibnu Arkelaw..(Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nghixu dejjem bl-ispirtu tal-prudenza fid-dlamijiet ta’ din id-dinja. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nuzaw mezzi effikaci biex ikun ikkorreggut l-iskandaluz.
R. DEO GRATIAS

 

 
Waqfa – L-Ittra “B”
 
 
Episodju – Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fuq il-Katedra ta’ l-gherf tieghu jghallem mhux min jghid Mulej,. Mulej, jidhol fis-saltna tas-smewwiet, imma min jaghmel il-volonta’ t’Alla.
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Imghallem wiehed tal-bnedmin, aghtina l-grazzja li ma mmieru qatt ghall-ebda kawza l-volonta’ ta’ Alla. Amen
 
Proponiment – L-ahwa tieghi nipproponu li ma naghmlu xejn li jista’ jkun ta’ hsara ghalina jew ghal-ohrajn
 
R. DEO GRATIAS

 
 
Waqfa numru- 11
 
 
 
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu tifel ta’ tnax-il sena fit-tempju fost id-dutturi, imghaggbin fuq l-gherf u t-twegib fit-taghlim tieghu.Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nghozzu u nipprattikaw it-taghlim li inti tajtna bl-istess fomm venerabbli tieghek. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li f’kull obbjezzjoni nistriehu fil-hdan tal-knisja li ma tistax tqarraq u anqas titqarraq.
R. DEO GRATIAS

 
Waqfa numru- 12
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fid-dar ta’ Nazzaret ighix sudditu lejn Guzeppi u lejn Marija. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li nkunu rridu dejjem nobdu u qatt li nikkmandaw. Amen.
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nhobbu, nqimu u nobdu lis-superjuri taghna.
R. DEO GRATIAS
 

 
Waqfa numru- 13
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
 
 R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
 Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu jahdem fil-hanut mal-missier putattiv tieghu Guzeppi ghall-ghexien fqajjar taghhom. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’, Iben unigenitu ta’ Alla u tal-vergni Marija, aghtina l-grazzja li ma nghixu qatt fil-ghazz, veru ghajn ta’ kull vizzju. Amen.
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li wara kull opra tajba taghna nghisu: Qaddejja battala ghamilna dak li kellna naghmlu.
R. DEO GRATIAS

 
Waqfa – L-Ittra “C”
 
Episodju – Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fuq il-Katedra ta’ l-gherf tieghu jghallem li t-triq u l-bieb tal-Genna huma dojoq izjed milli nhasbu ahna. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Imghallem wiehed tal-bnedmin, aghtina l-grazzja li nitghakksu kontinwament minn kull haga li ma toghgobx lil Alla. Amen.
 
Proponiment – L-ahwa tieghi nipproponu li nitgharrsu mal-pacenzja ghaliex biha nitnaddfu mit-tbajja ta’ ruhna u nigbru tezori kbar ta’ merti.
 
R. DEO GRATIAS
 
 
 
Waqfa numru- 16
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu ragel ta’ tletin sena hiereg ghal kollox mid-dar ta’ ommu Marija biex jaghti bidu ghall-Missjoni Divina. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud,  aghtina l-grazzja li ntemmu skond il-qalb t’Alla l-vokazzjoni taghna, ghax minnha tiddependi s-salvazzjoni eterna. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li spiss nitolbu lil San Guzepp li ma nhallux ghal ghada l-gid li nistghu naghmlu llum.
R. DEO GRATIAS
 
 
 
Waqfa numru- 17
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fl-ilma tal-Gurdan jitghammed b’tant umilta’ minn Gwanni l-Battista, u malajr wara l-Ispirtu Santu bhal hamiema jinzel fuqu u Alla l-Missier jistqarru Ibnu l-ghaziz. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nistqarru tassew l- ahna midimbin. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li spiss nitolbu li nghixu nhobbu biex ma naraw xejn tqil.
DEO GRATIAS.
 
 

 
Waqfa numru- 18
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu mal-bhejjem fid-dezert mehud hemm mill-Ispirtu biex ikun ittentat mix-xitan fejn sam erbghin jum u erbghin lejl. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nifhmu l-gid li jigi fuqna mis-sawm. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nhejju dejjem ruhna qabel kull opra spiritwali jew temporali li ahna nkunu biex naghmlu.
DEO GRATIAS
 
 

 
Waqfa numru- 19
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu  jikkonfondi u jkecci lil Satana li kien mar sabu fid-dezert u ttentah ghal tlett darbiet. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li nohorgu dejjem rebbieha fuq kull tentazzjoni ghad-dnub.
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li nghassu serjament fuq il-hsibijietu fuq ix-xewqat li jigu fuqna .
DEO GRATIAS
 
 

 
 
Waqfa numru- 20
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu  wara it-tentazzjoni ta' Satana, bil-guh, jigi moqdi mill-Angli ta' Alla (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud, aghtina l-grazzja li naghtu vera qima lill-Angli fidili ta' Alla u specjalment lill-Anglu Kustodju li jindukrana fit-triqat kollha taghna. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma naghmlux dak li naraw ikrah f'haddiehor.
DEO GRATIAS
 
 
Waqfa – L-Ittra “D”
 
Episodju – Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu fuq il-Katedra ta’ l-gherf tieghu jghallem li l-hwejjeg kollha li rridu li l-bnedmin jaghmlu lilna, ahna wkoll maghmlu lilhom (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu, Imghallem wiehed tal-bnedmin, aghtina l-grazzja li nikkonsidraw lilna nfusna fl-imgieba taghna lejn xulxin. Amen.
 
Proponiment – L-ahwa tieghi nipproponu li qatt ma nghidu difett tal-proxxmu hlief b'intenzjoni retta u biss taht sigriet lil min hu necessarju. 
R. DEO GRATIAS
 
Waqfa numru- 21
 
V. Nadurawk Gesu’ u nberkuk u nirringrazzjawk.
R. Ghax inti inzilt mis-sema, u sirt bniedem imhabba fina bnedmin, u minhabba fis-sahha taghna.
 
Episodju- Ingibu quddiem ghajnejna s-Sinjur taghna Gesu’ Kristu muri b'haruf t'Alla lin-nies mill-prekursur tieghu Gwanni l-Battista. (Pawsa)
 
Talba- Gesu’ Nazzarenu Sultan tal-Lhud,  aghtina l-grazzja li nkunu bhalek veri hrief, boghod mill-korla u mill-vendetti. Amen
 
Proponiment.- L-ahwa tieghi nipproponu li ma nizirghu qatt glied bejn l-ahwa.
R. DEO GRATIAS
 

 

  
 
  Today, there have been 6 visitors (14 hits) on this page!  
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free