San Gorg Preca
  Home
 
 

 

Il-Papa Benedittu XVI isellem lil poplu Malti

 

...għamel il-messaġġ finali tiegħu lil Malta

 

maltarightnow.com • 03/06/2007 15:17:16

Il-Papa Benedittu XVI isellem lil poplu Malti

“Maħbubin Maltin u Għawdxin, il-paċi magħkom. San Ġorġ Preca hu l-ewwel iben kanonizzat ta’ l-art ħelwa tagħkom. Hu t-tieni missier tagħkom fil-fidi wara l-appostlu San Pawl. Jitlob għalikom dejjem. San Ġorġ itlob għalina.”

Hekk kien il-messaġġ speċjali li l-Papa Benedittu XVI wassal lill-eluf ta’ pellegrini u eluf daqstant akbar ta’ telespettaturi Maltin u Għawdxin imxerda mad-dinja li segwew mill-qrib iċ-ċelebrazzjoni li saret fil-Pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan li fiha Ġorġ Preca, flimkien ma’ Szymon z Lipnicy, Karel van Sint Andries Houben u Marie Eugenie de Jesus Milleret kienu dikjarati qaddisa.

Aktar kmieni, fl-omelija l-Papa wkoll sellem lill-pellegrini preżenti biex jagħtu qima lil dawn ix-xhieda eżemplari tal-Vanġelu. B’mod partikolari hu sellem lill-Kardinali, lill-Presidenti ta’ Malta, tal-Filippini, ta’ l-Irlanda u tal-Polonja u lid-delegazzjonijiet tal-Gvern u ta’ l-awtoritajiet ċivili li kienu qed jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet.

Il-Papa Benedittu Sittax iddeskriva lil San Ġorġ Preca bħala ħabib ta’ Ġesù u xhud tal-qdusija li tiġi minn Alla. Hu qal li San Ġorġ kien qassis dedikat kollu kemm hu għall-evanġelizzazzjoni, bil-priedki li kien jagħmel, bil-kitbiet, bil-gwida spiritwali u l-amministrazzjoni tas-Sagramenti iżda fuq kollox bl-eżempju li ta f’ħajtu.

Hu qal li San Ġorġ Preca mexa dejjem fuq l-espressjoni mill-Vanġelju skond San Ġwann “Verbum caro factum est” u b’hekk Alla seta’ jinqeda bih biex waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija li taħdem biex tipprovdi lill-parroċċi s-servizz ta’ katekisti mħejjija tajjeb u ġenerużi.

B’ruħ saċerdotali u qaddisa San Ġorġ kien kontinwament ifaħħar u jitkellem dwar l-imħabba lejn Alla, lejn Ġesù, lejn il-Verġni Marija u lejn il-qaddisin. Kien iħobb dejjem jgħid “O Alla, kemm jien obbligat lejk. Grazzi, Sinjur Alla, aħfirli Sinjur Alla.”

Il-Papa Benedittu imbagħad talab lil San Ġorġ biex jgħin lill-Knisja ħalli dejjem tibqa’, kemm għal Malta kif ukoll għad-dinja, l-eku fidil tal-vuċi ta’ Kristu.

 

 
SAN GORG PRECA
 
Nifirhu u nithennew ghax Alla fil-hniena tieghu ghogbu jgholli ghall-qima ta’ l-altari lil wiehed minn gensna, tana bniedem li bil-hajja qaddisa tieghu jurina t-triq li twassalna ghand il-Missier. Ta' dan Mulej nghidulek grazzi.
 
Il-hajja ta’ Dun Gorg, kif komuniment jafuh il-poplu ta’ dawn il-gzejjer, tista tigborha f’dawn il-ftit kelmiet:
 
Kellu qalb tan-nar ghal Alla.............Fih kellu hegga liema bhala biex Alla jkun maghruf u mahbub minn kulhadd. Kull fejn seta’ kien jghallem bil-kelma u fil-mistrieh tieghu kien jikteb dil-kelma biex jistampha u jxerridha fost il-Maltin u l-Ghawdxin.
 
Kellu qalb tal-laham ghall-proxxmu......kien jhobbu mhux biss bil-kliem imma kien juri dan bil-fatti. L-ghajnuna tieghu kien joffriha lil kulhadd hu mi hu u kien fejn kien.
 
Kellu qalb tal-bronz mieghu niffsu.......Kien bniedem ta’ penitenza u dixxiplina kbira mieghu niffsu.
 
Tajjeb li wiehed jaqra’ il-hajja tieghu biex jiehu ndikazzjoni kif ghandu jghogob aktar lil Alla. Dan is-sacerdot biex sar qaddis u issa qed igawdi lil Alla, kull ma ghamel kien, li hares il-ligi t’Alla, kien habib tal-vangelu u fuq dan fassal hajtu.
 
Nizzukhajr Mulej ta’ kemm ghamilt grazzi ma’ San Gorg Preca u maghna bnedmin permezz tieghu.
 
GLORJA LIL MISSIER U LIL IBEN U LIL ISPIRTU SANTU.
 
Alleluja.....Alleluja.....Alleluja.
 
Hajtu f’aktar dettal
 
Zaghzugh marradi

Hadd ma kien jemmen li ghad ifiq u jsir qassis. Ftit qabel ma gie ordant sacerdot, inxtehet fis-sodda marid serjament bil-pulmun. Il-Professur Enrico Meli qal lil missieru: “Cens, tixtrilu xejn, la kalci u lanqas pjaneta, ghax imutlek zgur.” Imma Alla kellu hsieb iehor ghal dan iz-zaghzugh. Dun Gorg, li kien ghadu djaknu, talab bil-fidi quddiem l-inkwadru ta’ San Guzepp. Ftit qabel l-ordinazzjoni, ha sahhtu mill-gdid u, fit-22 ta’ Dicembru 1906, mar biex ikun ordnat sacerdot mill-Arcisqof Pietru Pawl Pace, fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

Il-Bidu

Dun Gorg Preca twieled fit-12 ta’ Frar 1880, fil-Belt Valletta, imma trabba l-Hamrun. Dahal il-Liceo u wara s-Seminarju. Ommu kienet ghalliema u missieru kien spettur tas-sanita. Ma kinux familja fqira tant li kellhom ukoll seftura li kien jisimha Filomena. Minn qabel ma qaddes kien imur jiltaqa ma xi zghazagh fl-ghalqa ta’ Luctu li kien hemm quddiem il-knisja parrokkjali tal-Hamrun. Lil dawn iz-zghazagh medhijin jilghabu l-ballun, ipejpu u jinbxu, Dun Gorg kellu l-hsieb jigborhom u jghallimhom. Tghidx kemm ha pacenzja bihom! Bil-mod bdew iduru mieghu u jisimghuh bi pjacir kbir. Dan kien il-bidu ta’ Socjeta kbira li waqqaf biex jinxtered it-taghlim ta’ l-Evangelju.

Ewgenju Borg
Dun Gorg ghazel wiehed miz-zghazagh, Ewgenju Borg. Kien jistiednu biex johorgu mixja flimkien lejn Santa Venera u hemm, ghall-kwiet, bilqieghda fuq blata ghad-dell ta’ harruba kbira, Dun Gorg kien jispjegalu l-Passjoni tas-Sinjur taghna Gesu Kristu skond San Gwann. Dan iz-zaghzugh twajjeb ‘il quddiem sar l-ewwel Superjur Generali tas-Socjeta tal-M.U.S.E.U.M. imwaqqfa minn Dun Gorg fl-1907. Illum Ewgenju Borg huwa Serv t’Alla; il-Knisja qed tezamina hajtu biex tiddikjarah qaddis.

Jghallimhom biex jghallmu

Dun Gorg mhux biss xtaq jghallem lil kulhadd izda ried ukoll jifforma ghaqda ta’ guvintur u xebbiet li “jkunu kapaci jghallmu l-ohrajn” (2Timotju 2,2) Din is-sentenza mill-Iskrittura impresjonatu hafna u ispiratu biex jibda din is-Socjeta. Liz-zghazagh ghallimhom it-taghlim tal-Knisja u specjalment il-Bibbja. Din kienet haga gdida fi zmien meta l-bicca l-kbira  tan-nies lanqas kienu jafu jiktbu u jaqraw. Il-Koncilju Vatican II (1962 – 1965), aktar tard, ikkonferma dak li kien ghamel dan il-qassis profetiku Malti fil-bidu tas-seklu ghaxrin.

Ma fehmuhx

Ghax kien hemm minn ma fehmuhx, Dun Gorg ghadda minn tbatija kbira. Sahansitra x;uhud riedu jghadduh ta’ mignun. Anke l-Vigarju ta’ dak iz-zmien, Mons Salv Grech, raha bi kbira li l-lajci jidhlu ghal dan ix-xoghol. L-appostolat tal-lajci kien ghadu lanqas biss jissemma. Fl-1909, il-Vigarju baghat ghalih u tah din l-ordni: “Int ghandek dawk id-djar; mur u aghlaqhom kollha. Dun Gorg wiegbu: “Intom is-Superjuri, tkunu obduti.” Dun Gorg obda mill-ewwel u dan kien sinjal ta’ kemm l-opra tieghu kienet gejja minn Alla. Imma lahaq ghalaq dar wahda biss meta l-kappillani qabzu ghalih u qalu “li kien qed jaghmel hafna gid.” Ghalhekk id-djar tat-taghlim ma nghalqux imma komplew jinfethu. Madankollu kien hemm provi ohra. Aktar tard, fl-1916, il-Knisja ghamlet inkjesta shiha fuq Dun Gorg u s-Socjeta tieghu. Wara din l-inkjesta, il-Knisja, ghalkemm ma tatx l-approvazzjoni lis-Socjeta, hallietha miexja fl-appostolat taghha.

In-nisa daqs l-irgiel

Dun Gorg xtaq li jghaddi l-istess taghlim u formazzjoni lin-nisa. Hu hajjar lix-xebba zaghzugha Gannina Cutajar, minn Rahal Gdid, biex tidhol fis-Socjeta tieghu. Permezz taghha, f’Jannar 1910, beda ghan-nisa l-istess appostolat bhal ta’ l-irgiel. Gannina saret l-ewwel Superjura Generali tas-Sezzjoni Femminili. Fi zmien meta l-mara kienet ghadha medhija l-iktar fil-hajja tad-dar, Dun Gorg fehem l-importanza tan-nisa u harrighom biex jorganizzaw il-fergha taghhom halli jiehdu sehem f’din il-hidma mehtiega fil-Knisja. Ghallimhom anki biex johorgu jghallmu u jitkellmu fil-pubbliku, ifasslu s-Sajdiet Musewmini u l-laqghat ghan-nisa. Dun Gorg kien jemmen fid-dinjita u l-hila tal-mara. Ghalih il-mara kellha rwol importanti fil-Knisja u fil-pajjiz. F’Ghawdex kelli lil Rakeli Camilleri min-Nadur li kien jiktbilha regolarment biex jaghmlilha kuragg u jaghtiha direzzjoni kif tmexxi s-Socjeta f’dik id-Djocesi.

Aghtini l-ghajnuna!

Darba, ghall-habta tas-sena 1910, Dun Gorg kien sejjer bil-mixi lejn Rahal Gdid. Fejn is-Salib tal-Marsa lemah tifel ta’ xi tnax il-sena qed jigbed karretta b’roti baxxi li fuqha kellha qoffa biz-zibel. Dan it-tifel dar fuq Dun Gorg u qallu b’ton ta’ kmand: “Aghtini l-ghajnuna!” Bla ma qaghad jahsibha, Dun Gorg medd idejh biex jimbotta. Malli mess idejh mal-karretta hass go fih hlewwa kbira u ma setax jaf x’gara minnu u minn liema triq ghaddew. Id-dehra ghebet. Dun Gorg beda jahseb x’kienet tfisser dik id-dehra. It-tifel ta’ mpar Gesu meta beda jghallem lid-dutturi fit-tempju. Iz-zibel jaghti s-sustanza lill-hamrija bhalma t-taghlim jaghti
l-qawwa lill-bniedem. Dun Gorg fehem li Gesu kien qed jitolbu biex jghinu fit-taghlim lil kulhadd. Hu kien diga fetah xi djar ghat-taghlim, u din id-dehra tas-sema sahhet fih il-vokazzjoni li jghallem b’kull mod.

Jghallem fil-pjazzez

Dun Gorg kien jigri ma kullimkien u jghallem mhux biss fil-knejjes, izda anki fil-pjazzez u t-toroq, fil-hwienet, fil-kunventi u sahansitra fid-djar privati. Bdew is-Sajdiet Musewmini f’kull rokna ta’ Malta u Ghawdex. Is-socji, li huwa harreg sewwa, issa bdew jidhlu fit-Tarzna u fil-hwienet tax-xoghol u jghallmu lill-haddiema fil-hin tal-mistrieh. It-tfal kienu jigu fid-djar tal-MUSEUM biex jitghallmu, jilghabu u johorgu ma’ shabhom flimkien mas-socji li jghallmuhom. It-taghlim beda jiehu, jixghel u jdawwal bhalma n-nar jiehu u jigri f’ghalqa tiben.

Il-Ktieb il-Kbir
Dun Gorg ma riedx taghlim biss imma qabel kollox ried l-ezempju tal-hajja t-tajba. Lis-socji kitbilhom regola mibnija fuq l-imitazzjoni ta’ Gesu Msallab li ghalih kien “il-Ktieb il-Kbir”. Gesu kien il-qalba ta’ hajtu. Ghalih biss hadem, lilu habb minn qiegh qalbu, ghalih sofra u ghall-imhabba tieghu qatt ma qata’ qalbu.

Dimostrazzjoni tal-Bambin

Biex jigbed lil kulhadd lejn Gesu, fl-1921, organizza l-ewwel dimostrazzjoni bil-Bambin fit-toroq, lejliet il-Milied, bil-frieghi tal-palm fl-idejn u bid-dawl ta’ l-acitilena. Illum saret parti mill-festi religjuzi tal-Milied. Tant kien jaraha haga ta’ l-ghageb li Gesu minn Alla sar bniedem, li xerred devozzjoni kbira lejn il-kliem “L-Iben t’Alla sar bniedem” (Gwanni 1:14) bil-latin “Verbum Dei Caro Factum Est.” Din is-sentenza bdiet titwahhal kullimkien – sa wara l-bibien tad-djar u fuq il-karozzi – u anke saret dommna biex tharissna meta nistqarru dan il-misteru kbir li Alla, f’imhabbtu lejna, sar bniedem.

L-Approvazzjoni tal-Knisja

Bl-intervent ta’ Mons. Enrico Bonnici, l-Arcisqof Dom Mauro Caruana talab lil Dun Gorg jikteb ir-Regola ghas-Socjeta biex japprovahielu. Fl-1 ta’ Mejju 1932, wara quddiesa li saret fil-knisja tal-Gizwiti, fil-Belt, tkanta, ‘Te Deum’ ta ringrazzjament u l-Arcisqof ta r-regola approvata lis-Socjeta.

Kitba bil-Malti

Sa mill-bidunett, Dun Gorg ma riedx jghallem biss bil-kelma izda wkoll bil-kitba. Dak kollu li ghallem tista’ tghid li hallieh miktub. Fid-dawl tal-lampa tal-pitrolju kiteb il-bicca l-kbira tal-kotba zghar u kbar tieghu – madwar 140 wiehed. Kien dejjem jikteb bl-ilsien Malti, anki meta dan kien ghadu lingwa mwarrba, imcahhda minn kull gharfien. Malli kien ifaddal ftit tal-flus fil-bott li kellu, kien ukoll jistampa karti bit-taghlim ghal idejn kulhadd.

Ghaqda mal-Knisja
Kellu mhabba specjalissima lejn il-Papa u l-Isqof, dejjem b’seba ghajnejn li t-taghlim tieghu ikun jaqbel ma’ dak li tghallem il-Knisja. Ma’ hutu s-sacerdoti kellu hbiberija tal-qalb. L-ghajta tieghu kienet: “Ego Sum Papa Semper” – “Jiena mal-Papa dejjem!”

Fejqan u Pariri

Ma kienx hemm hin meta persuna tmur tfittxu fid-dar jew fl-Istitut Fra Diegu, inkella fil-Knisja ta’ San Gejtanu, il-Hamrun. Nies ta’ kull kwalita kienu jersqu lejh, min biex iqerr, min biex ifittex parir, u min biex jiftah qalbu fuq id-dwejjaq jew il-mard li kellu fuqu jew fuq il-familja tieghu. Kien ghadu qassis zaghzugh meta s-Sur Robbie Mifsud Bonnici habbat il-bieb tieghu u talbu jaghtih xi haga religjuza ghax ohtu Pia kienu se joperawha minhabba marda serja. Dun Gorg tah il-kliem Verbum Dei caro factum est. Pia poggiet dan il-kliem qaddis fejn kellha l-ugigh. Malli kienu sejrin biha ghall-operazzjoni qaltilhom: “Jiena mfejqa.” “Imfejqa sabih,” qalilha wiehed infermier. Baqghet tinsisti sakemm it-tabib rega’ ezaminaha. B’ghageb ta’ kulhadd sab li ma kellha xejn. “B’hekk hadt il-fama ta’ qaddis,” kien jiccajta Dun Gorg.

Habib tal-Qalb
Il-quddiesa kienet ghalih laqgha ta’ intimita ma’ habib tal-qalb. Kien idum iqaddes mhux ghax kien skrupluz, izda ghax kien jimmedita fuq dak li jkun qed jaghmel. Kien jixtieq li l-hin tal-quddiesa ma jispicca qatt ghax kien ikun ma Gesu Ewkaristija. Kien jitlob daqs kemm kien jiehu nifs. Kien idum hafna hin jghid it-talb tal-Brevjar ghax kien jahseb fuq dak li jaqra. Ghalhekk ma kienx irid ghagla fit-talb. Hallielna hafna talb mimli mhabba lejn Alla, lejn Gesu Kristu u lejn il-Madonna u l-Qaddisin. Talba li ghallem lil kulhadd hija: “Grazzi, Sinjur Alla, u ahfirli, Sinjur Alla.”

Mahfra u Umilta

Darba wiehed ragel ghamillu azzjoni hazina. Meta kien qieghed iqaddes u wasal biex jghid il-Missierna, sewwa sew fil-parti “ahfrilna dnubietna bhalma nahfru lil min hu hati ghalina”, gietu f’mohhu l-persuna li offendietu. Dun Gorg waqaf, hares lejn l-Ostja Mqaddsa, u qal: “Gesu, ghall-imhabba tieghek nahfirlu.” Il-mahfra ta’ l-ghedewwa kienet wahda mill-iktar virtuwijiet li habb u pprattika. Qatt ma rrabja kontra min qal kontrih, anzi kien jiskuzah u jghid li ma kellux tort. La hu u lanqas is-soci tieghu, qatt ma ddefendew irwiehhom.

Darba tifel kien qed jigbor iz-zibel fi xkora. Din kienet haga komuni fil-bidu tas-seklu ghoxrin. Dun Gorg ra li x-xkora kienet tqila. Mar hdejn it-tifel, qabad ix-xkora mit-truf ta’ wara u “Ghalina boy,” qallu, filwaqt li ghenu jerfa x-xkora fuq dahru. Dak il-hin inzerta kien ghaddej wiehed ingliz li skanta u qal: “He is a humble priest!” Tassew kien  qassis umli. L-unuri lanqas biss kien jaf x’riha fihom. Qatt ma tkabbar, anzi fittex dejjem li jinheba. Il-flus qatt ma ghamlu bih u kien ihares lejhom bhala xewk li jniggez.

Il-Madonna taghtih parir

Sa minn meta kien zghir, kien miktub fil-Labtu tal-Karmnu, u aktar tard sar terzjarju fl-ordni tal-Madonna tal-Karmelu. Lill-Madonna kitbilha talb mill-isbah. Kellu devozzjoni kbira lejn il-Midalja Mirakoluza u ried li l-knisja tad-Dar Generali tal-M.U.S.E.U.M. tkun iddedikata lilha. Dejjem kien jilbes fuqu din id-dommna flimkien mal-Labtu tal-Karmnu. Darba kellu bicca inkwiet u kien imhasseb x’se jaqbad jaghmel. Huwa u tiela’ t-tarag tad-dar tieghu hares lejn l-inkwadru zghir tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, li kien xtrara minghand regettier. Sema lehen gej mill-inkwadru jghidlu: “Serva silentium” jigifieri “zomm is-skiet.” Dun Gorg obda u sab il-paci. Dwar id-devozzjoni tar-ruzarju, Dun Gorg kien jghid: “Sa nofs il-lejl, il-Madonna tkun tistenniena biex nghidu ir-ruzarju.”

M.U.S.E.U.M.

Kellu xewqa herqana li Gesu jkun maghruf mid-dinja kollha. Qalbu kienet thaddan lil kulhadd. Ghalhekk fl-1952, bl-ghajnuna ta’ Dun Guzepp Abela, baghat sitt soci lejn l-Awstralja biex jghallmu fuq Alla u fuq Gesu Kristu. Kien hajjar ukoll lis-socji biex imorru fl-Amerika Latina. Illum il- M.U.S.E.U.M. ghandu ghaxart idjar gewwa l-Awstralja, dar f’Khartoum is-Sudan, zewgt idjar f’Ruiru u fi Mpeketoni fil-Kenya, centru tat-taghlim f’Londra, skola u dar tat-taghlim f’Korce fl-Albanija u anke fil-Peru. Dun Gorg ta’ tifsira lill-kelma M.U.S.E.U.M.: “Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus” li bil-Malti tfisser it-talba herqana: “Mghallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju.”

Mewta bla biza

Spiss kien jippriedka fuq ir-realtajiet godda ta’ wara l-mewt (In-Novissmi). Wiehed ragel mar jisimghu jitkellem. Huwa u hiereg qal: “Ma nergax immur nisimghu kif ghamilli qalbi gulgliena.” Waqt li Dun Gorg kien qieghed imut, marru jarawh zewg qassisin u qalilhom: “M’intiex nibza ghall-mewt.” Is-Sorijiet tal-Karita li kienu jduru bih skantaw u qalu: “Ahna ma l-ohrajn lanqas biss insemmu l-mewt, u ma dan qed niddiskutu l-funeral.” Dun Gorg ma hax pjacir ghax dejjem xtaq li ma mewtu jintesa. Baqa baqa sakemm baghat ghall-kappillan biex iserrahlu rasuli se jkollu funeral semplici, jekk jista jkun mid-dar ghac-cimiterju mill-ewwel. Meta kien ftit ahjar sabuh qed jaqra l-Evangelju. Is-soru qaltlu: “Dun Gorg, m’intix teghja bil-qari?” “Le,” wegibha, “qed nitpaxxa bl-Evangelju ta’ Kristu.” Miet kif ghex, jitpaxxa bi Kristu. Meta Dun Gorg kien fuq is-sodda tal-mewt, mar jarah l-Arcisqof Mikiel Gonzi. Dun Gorg skuza ruhu “ghax ma nafx kif imorru l-affarijiet.” Miet bi qtugh ta’ nifs. Spiss kien jokrob; “Xi dwejjaq! X’jaf min ma garabx?!” Miet fit-tmienja neqsin kwart ta’ filghaxija meta grupp ta’ sacerdoti li kienu f’irtir bdew l-adorazzjoni, filwaqt li fil-parrocci ta’ Malta kollha kienet qeghda issir l-Ora Santa biex jitolbu ghal Dun Gorg. Il-gurnata kienet il-Hamis 26 ta’ Lulju, 1962.

Venerabbli

Matul hajtu Dun Gorg kellu l-fama ta’ qaddis, izda l-Knisja biss ghandha s-setgha tiddikjara jekk bniedem hux qaddis jew le. Il-Knisja tghidilna ufficjalment li l-bniedem huwa qaddis biex Alla jkun imbierek fil-qaddisin tieghu, biex ahna nkunu nistghu nitolbuhom jidhlu ghalina quddiem Alla u ukoll biex nimitaw l-ezempji taghhom. Il-Knisja ghamlet ezami bl-ikbar reqqa u semghet ix-xhieda fuq il-hajja ta’ Dun Gorg. Studjat l-ittri u l-kitbiet tieghu. Wara gudizzju mit-teologi u mill-Kongregazzjoni tal-Kawzi tal-Qaddisin, Dun Gorg Preca kien approvat mill-Papa Gwanni Pawlu II bhala Venerabbli fit-28 ta’ Gunju 1999.

Lejn il-Beatifikazzjoni

Issa kien jonqos biss li jkun hemm sinjal min-naha ta’ Alla. Il-Knisja, permezz ta’ grupp ta’ tobba u ta’ kumitat ta’ teologi regghet gharblet sewwa l-kaz ta’ fejqan ghal gharrieda li gara fuq is-Sur Charles  Zammit Endrich meta fieq mid-distakk tar-retina f’ghajnejh madwar sena u nofs wara l-mewt ta’ Dun Gorg. Fis-27 ta’ Jannar 2000, il-Papa prezenti approva li dan kien miraklu biex Alla jikkonferma l-qdusija ta’ Dun Gorg.

Bniedem Providenzjali

Alla baghat lil Dun Gorg f’Malta biex fl-imhabba li ghandu lejn gziritna jaghtina messagg. Permezz ta’ Dun Gorg, Alla qed jghidilna: “Hobbu t-taghlim ta’ l-Evangelju kif tfissru l-Knisja. Il-fidi taghkom ma jkollhiex gheruq b’sahhithom jekk ma tkunx mibnija fuq it-taghlim li huwa l-ghajn ta’ kull gid. ‘Il-fidi mis-smigh u s-smigh tal-kelma ta’ Kristu’ (Rumani 10:17) Dari stajtu tibnu l-fidi taghkom fuq l-ambjent u d-drawwiet li trabbejtu fihom. Illum hawn hafna ideat, grajjiet, u okkazjonijiet li jtellfu l-fidi taghkom. Kulma taghmlu fil-knejjes u fil-festi huwa tajjeb u ghandu jsir, basta jkun bhal dik ‘id-dar mibnija fuq il-blat’ (Mattew 7:25). Il-blat huwa  l-fidi taghkom li iktar ma jkollha taghlim aktar issir b’sahhitha.”

Jekk tridu tisimghu dak li qalilna s-Sinjur Alla permezz ta’ Dun Gorg, fittxu  li tkunu “Hbieb tal-Vangelu”.
 
 
IL-KITBA TA’ SAN GORG PRECA
 
Ghidna aktar ‘l fuq li San Gorg Preca ma xandarx il-kelma t’Alla bil-fomm biss izda fejn seta’ ma’ halliex okazzjoni wahda tahrablu biex ixandarha ukoll permezz ta’ l-istampa. Kiteb hafna kotba, pamhlets u karti manwali, jew b'terminu aktar modern  "fly" fuq suggetti varji u anke fuq it-talb.
 
Biex insemmu ftit minn din il-hidma tieghu, li lum hija meqjusa bhala l-wirt spiritwali tieghu, insemmu xi whud u ngibu  siltiet minnhom biex wiehed mhux biss jifhem, izda bir-riflessjoni jixtarr dak li jwasslu ghand il-Missier.
 
 
L-aktar ktieb fost is-sbieh li kiteb, jekk mhux l-isbah wiehed, fl-opinjoni tieghi huwa l-Ktieb il-Kbir li jista’ jitqies bhala l-figura ta’ Kristu msallab “maghsura”, ghaliex Dun Gorg, jpoggi quddiemna l-kurcifiss u minnu jislet u jaqra l-virtuijiet kollha li kull nisrani ghandu jhabrek ghalihom.
 
Ezempju:
Silta mill-Ktieb il-Kbir.
 
 
Il-Persekuzzjoni ghas-servi t'Alla   
 
                       
 
            L-iktar gheziez –
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,
u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.

v. Kristu Sultan Imsallab
r. Ejjew Naduraw

L-iktar gheziez –
Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IL-PERSEKUZZJONI GHAS-SERVI T'ALLA

Infatti Gesu Kristu, il-veru werriet ta' l-ghalqa ta' dwieli, ghax-xehha u ghall-ghejra ta' dawk li fosthom Hu kien mibghut minn Alla biex jghallem u jhenni, minflok ma gie milqugh bil-qima li tixraqlu, gie falsament akkuzat u ssentenzjat ghall-mewt tas-salib minhabba t-tixwix u l-kalunnji: gid imhallas b'deni.

Taghlim fuq din il-Pagna

1. Hija profezija li zgur tigi mitmuma ghax divina: "Jekk haqru lili, jahqru wkoll lilkom."
(Gw 15:20)
2. F'xi wiehed miz-zewg tribunali, indispensabbli ghal kull bniedem, jehtieg tinghata sentenza hazina ghax kuntrarji: "Imberkin intom meta jkunu sehtukom il-bnedmin."
(Mt 5:11)
3. Il-persekuzzjoni mill-hziena ggib b'konfuzjoni taghhom glorja, kuruna u veru gid fuq il-gusti: gid minn deni.
4. Kawza ordinarja tal-persekuzzjoni hija s-senswalita li biex tfittex lilha nfisha f'kollox, ghandha avversjoni serja ghal kull ligi u ghal gid spiritwali.

Proponiment

Nipproponu li dejjem inlestu ruhna ghall-persekuzzjoni u li nifirhu meta tigi, fuq il-hsieb li nixbhu 'l-Imghallem Divin taghna b'sinjal hekk kbir ta predestinazzjoni ghall-glorja eterna.            
 
Kitba ta’ talb
 
Ma naqasx li jikteb talb biex  ixerred il-qima lejn Alla, It-Trinita’, il-Madonna u l-Qaddisin. Kiteb talb ghal kull kwarta tal-jum bejn is-6.00a.m. u is-7.00p.m. biex il-membri tas-socjeta’ tieghu jerfghu l-menti taghhom spiss f’Alla waqt il-gurnata.  Inhajjarkom li tidhlu f’dan is-sit :
 
 
u taqraw xi talb miktub minn dan il-fundatur qaddis. Anzi immur aktar minn hekk u nistedinkom biex tikkupaw jew tipprintjaw xi talb biex intom wkoll toffru l-qima taghkom lil Alla. Meta tahseb li Alla hu offiz il-hin kollu matul il-jum, ma hemmx hin li ma jkunx offiz bid-dnubiet tal-bnedmin, b’mod specjali d-dagha u d-dizonesta’, ghandek thoss il-htiega’ u n-necessita’ li tpattilu dawn l-insulti bil-qima tieghek.
 
It-talb miktub minn dan il-fundatur qaddis huwa talb semplici, mimli espressjonijiet mill-isbah u mill-aktar li jqanqlu lir-ruh biex thoss dak li qed titlob. Bhala ezempju fit-talba “Qima lejn wicc Kristu” , (ara t-talba shiha aktar ‘l isfel) Dun Gorg jirreferi ghall-grazzja bhal ruggjata, iggaghlek thoss in-necessita tar-ruh li qed tixxennaq ghall-hajja tas-sahha, meta fit-talba il-“Quotide” qabel jitlob ghal-ghajnunijet biex ir-ruh tkun tista tqim lil Alla, thobb il-proxxmu, u biex tghix il-hajja t-tajba, hemm djalogu mill-isbah bejn r-ruh u Alla:  “Sinjur Alla inti hawn u jien fik, inkellmek u inti tismaghni, nitolbok u inti taghtina, ghaliex inti wrejtna fl-Iskrittura Mqaddsa li hu delizzju ghalik li inti tkun ma’ ulied il-bnedmin. Ghalhekk nitolbuk bhal ulied lill-Missier taghhom.” U aktar ma' wiehed jitlob bil-mod u b'attenzjoni t-talb miktub minn dan il-qaddis aktar ihoss il-messagg divin jinfidlu il-qalb tieghu.
 
Fit-talba “ Ruh Niedma titkellem ma’Alla” wiehed isib espressjonijiet u frazijiet hergin vera minn qalb niedma li offendiet lil Alla u issa qed titolbu hniena u mahfra: “Kemm bdieli O Sinjur li imxejt kontra tieghek……….”, “il-biza’ inkesa’ mieghi”,
“kemm habbewk il-qaddisin, kemm batew biex isostnuk f’kollox….”
 
Ezempju
 
Qima ta’ Wicc Kristu
 
Alla, o Missier, warrab il-harsa tieghek mill-hazen ta' din id-dinja, u itfaghha fuq il-Wicc Venerabbli ta' Kristu s-Salvatur taghha u tghaxxaq bih; u fl-istess hin la tinsiex li Inti ma kontx tara dan il-Wicc li kieku ma kienx id-dnub tad-dinja. Iva, hares lejh, u ghall-merti infiniti tieghu, itfa', sawwab u roxx mis-Santwarju Etern tieghek fuq id-dinja kollha, r-rugjata tal-grazzja li Huwa, fuq is-Salib, immeritalna bis-sfura tal-mewt fuq il-haddejn tieghu.
 
Huti, qabel ma naghlaq insellem lil dan il-kbir benefattur tal-Maltin u l-Ghadwxin kollha u nitolbu biex jindahal quddiem Alla ghal dan il-poplu li lejh wera tant interess spiritwali biex iqarrbu Lejn il-Hallieq ta’ Kollox.
 
Nduru lejn Alla u nirringrazjawk billi nghidulu:
 
Alla O Missier ircievi l-Pjagi Divini ta’ Ibnek Gesu’ Kristu biex nirringrazzjawk denjament ghal kemm grazzi u beneficcji Inti ghamilt ma’ San Gorg Preca u maghna bnedmin permezz tieghu Amen.

VIVA SAN GORG PRECA


 

 
  Today, there have been 2 visitors (6 hits) on this page!  
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free